Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

PR142908
Date Icon 12/12/2014

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela llum ippreżenta l-ittri tal-ħatra lill-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, is-Sur Michael Cassar u lill-Aġent Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà, is-Sur Joseph Bugeja.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’din l-okkażjoni qal liż-żewġ kapijiet li qed jistenna li l-lealtà tagħhom tkun lejn il-poplu Malti u Għawdxi. Jistenna li kemm il-Korp tal-Pulizija kif ukoll is-Servizzi tas-Sigurtà jkunu xempju ta’ indipendenza, professjonalità u serjetà.

Il-Gvern irid ikun hemmhekk biex jassisti fl-għodod neċessarji biex dawn iż-żewġ strutturi joperaw b’mod effiċjenti.

Il-Ministru Abela żied jgħid li m’għandux dubju li hemm ħafna membri fil-Korp tal-Pulizija li jinvestu l-enerġija kollha tagħhom biex jingħata servizz tajjeb lill-poplu Malti u Għawdxi u għalhekk ried iserrħilhom rashom li hu rikonoxxenti għal dan, però qed jistenna li kull membru tal-Korp jifhem il-lealtà li għandu lejn il-pajjiż. Bħala ministru, dan ser jeżiġi li jsir.

Il-Kummissarju tal-Pulizija, Michael Cassar filwaqt li rringrazzja tal-fiduċja li ngħatatlu, qal li ser jitfa’ l-impenn kollu tiegħu biex jgħolli l-fiduċja u l-isem tal-Korp tal-Pulizija.

Min-naħa tiegħu l-Aġent Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Joseph Bugeja filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fiducja li ngħatatlu, qal li ser jagħmel minn kollox biex is-servizz tas-sigurtà jibqa’ sejjer ‘il quddiem u jwettaq l-irwol importanti li għandu f’pajjiżna għall-ġid tal-poplu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow