IL-GVERN HUWA IMPENJAT LI JKOMPLI JSAĦĦAĦ LIS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT...IS-SENA D-DIEĦLA JINFETAĦ IT-TIENI NGO HUB – IL-MINISTRU HELENA DALLI
22 NGO jirċievu r-raba’ għotja finanzjarja għal din is-sena
Tnejn u għoxrin għaqda mhux governattiva dalgħodu rċevew għotjiet finanzjarji bħala parti minn programm ta’ allokazzjoni ta’ fondi tal-gvern għas-settur volontarju.
B’kollox din is-sena tqassmu total ta’ €3.6miljun f’għotjiet lil NGOs, maqsumin bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali (€2 miljuni) u l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali (€1.6 miljun).
F’kelmtejn li għamlet, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, qalet li l-gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ lis-settur volontarju.
Turija ta’ dan huwa l-ftuħ tal-ewwel ċentru tal-volontarjat fil-Belt tmint ijiem ilu filwaqt li kmieni s-sena d-dieħla jinfetaħ it-tieni ċentru fil-Qawra. Fl-istess ħin għaddejja wkoll ħidma biex jibda l-bini tat-tielet NGO Hub fin-nofsinhar ta’ Malta.
Dr Dalli qalet li l-gvern japprezza l-ħidma li jwettqu l-għaqdiet volontarji b’dedikazzjoni kbira fejn anke jipprovdu ħafna riżorsi umani fis-settur.
Is-Segretarju Permanenti s-Sur Joseph Camilleri qal li għas-sena d-dieħla l-Minsiteru se jkun qed jerġa’ jadotta l-istess proċedura li jiltaqa’ mal-NGOs biex ikun diskuss l-aħjar mod ta’ kif jistgħu jintużaw il-fondi.
L-organizzazzjonijijet volontarji li bbenefikaw huwa dawn:
Caritas, Fondazzjoni Aditus, Moviment ta’ Kana, Dar il-Kaptan, Dar Merħba Bik, Dar Osana Pia, Fondazzjoni Equal Partners, Fondazzjoni Nazareth, Dar Fra Diegu, Inspire, SOS Malta, Fondazzjoni Jean Antide, Dar Suret il-Bniedem, Fondazzjoni Richmond, Dar Jeanne Antide, Malta Autism Centre, MGRM, Mid-Dlam għad-Dawl, Istitut Paola Freire, Rise u l-Istitit Kattoliku,
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046