Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TATTENDI LAQGĦA TAL-ISTEERING COMMITEE TAL-BIMR

PR142906
Date Icon 12/12/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana tattendi għal-laqgħa tal-iSteering Committee tal-BIMR tal-Commonwealth Women Parliamentarians.

Justyne Caruana bħalissa qiegħda Londra għal-laqgħa tal-ogħla organu fuq livell reġjonali tac-CWP.  Apparti li, qiegħda tirrapreżenta lil pajjiżna, Justyne Caruana serviet ukoll bħala president tal-iSteering Committee tar-reġjun u kienet ir-rappreżentant reġjonali għall-Mediterran, Gran Brittanja u Gżejjer Brittanniċi u għalhekk kienet membru wkoll tal-iSteering Committee Internazzjonali tas-CWP fi ħdan ic-CPA.

Waqt din il-laqgħa qed jiġi diskuss il-pjan strateġiku 2014-2018 kif ukoll l-implimentazzjoni tal-istess pjan fuq bażi Nazzjonali. Dan il-pjan jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Millenium Development Goals ma jibgħux biss aspirazzjoni iżda jitwettqu, u l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni tan-nisa hija kruċjali biex dan jitwettaq.

Fost affarijiet oħra ġew diskussi wkoll il-preparamenti għall-konferenza reġjonali li ser issir f'Ġibiltà fi Frar li ġej fejn is-Segretarju Parlamentari ressqet talba biex fil-programm ikun hemm interventi minn esperti Maltin waqt din l-istess konferenza u liema talba ġiet milqugħa. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow