IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TATTENDI LAQGĦA TAL-ISTEERING COMMITEE TAL-BIMR
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana tattendi għal-laqgħa tal-iSteering Committee tal-BIMR tal-Commonwealth Women Parliamentarians.
Justyne Caruana bħalissa qiegħda Londra għal-laqgħa tal-ogħla organu fuq livell reġjonali tac-CWP. Apparti li, qiegħda tirrapreżenta lil pajjiżna, Justyne Caruana serviet ukoll bħala president tal-iSteering Committee tar-reġjun u kienet ir-rappreżentant reġjonali għall-Mediterran, Gran Brittanja u Gżejjer Brittanniċi u għalhekk kienet membru wkoll tal-iSteering Committee Internazzjonali tas-CWP fi ħdan ic-CPA.
Waqt din il-laqgħa qed jiġi diskuss il-pjan strateġiku 2014-2018 kif ukoll l-implimentazzjoni tal-istess pjan fuq bażi Nazzjonali. Dan il-pjan jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Millenium Development Goals ma jibgħux biss aspirazzjoni iżda jitwettqu, u l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni tan-nisa hija kruċjali biex dan jitwettaq.
Fost affarijiet oħra ġew diskussi wkoll il-preparamenti għall-konferenza reġjonali li ser issir f'Ġibiltà fi Frar li ġej fejn is-Segretarju Parlamentari ressqet talba biex fil-programm ikun hemm interventi minn esperti Maltin waqt din l-istess konferenza u liema talba ġiet milqugħa.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046