Left arrow Mur Lura

​ATTIVITAJIET F’MALTA U GĦAWDEX FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA’ JUM IR-REPUBBLIKA - 13 TA' DIĊEMRBU, 2014

PR142897
Date Icon 11/12/2014

Attivitajiet li qed jiġu organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali ta’ Malta u l-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Regjonali ta’ Għawdex flimkien mal-Uffiċċju tal-President.

Is-Sibt, 13 ta' Diċembru, 2014 - Jum ir-Repubblika

09.30hrs         Il-kontinġenti tal-Forzi Armati ta' Malta, akkumpanjati mill-Banda jitilqu minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza  San Ġorġ fejn issir il-parata.

10.00hrs          Ċerimonja tal-parata mill-Forzi Armati ta' Malta fejn jattendu l-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta,  il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.

11.00hrs        Wara l-parata ssir Ċerimonja ta' Investitura u tal-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt Valletta.

14.00hrs          Tqegħid ta’ kuruni fuq il-Monument tar-Repubblika fil-Marsa u fuq il-Monumenti tal-Presidenti Emeriti flimkien mal-Kunsill Festi Nazzjonali.

16.30hrs         Programm ta' marċi mill-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt Valletta u l-Banda Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk tul Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Antik għall-Misraħ ir-Repubblika u lura għal Triq ir-Repubblika sa Misraħ il-Ħelsien, il-Belt Valletta.


Il-Ħadd,  14 ta’ Diċembru, 2014

18.00hrs          Kunċert kommemorattiv ta’ Jum ir-Repubblika mill-BrassTubes u s-Sopran Georgina Gauci fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex.   Tippresjedi l-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca.


20.00hrs          L-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta tospita riċeviment biex tonora lill-persuni li kienu ngħataw Ġieħ ir-Repubblika fil-Palazz ta’ Sant’ Anton


NOTA LILL-MIDJA:

Membri tal-midja assenjati biex nhar Jum ir-Repubblika jirrapportaw il-parata tal-Forzi Armati fi Pjazza San Ġorġ għandhom ikunu f’posthom fil-pjazza mhux aktar tard mid-9.30 ta’ filgħodu. Għandu jintlibes ilbies formali għaċ-Ċerimonja ta' Investitura u tal-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow