IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS IŻUR IL-WORLD AVIATION GROUP F’GĦELUQ IL-ĦAMSA U GĦOXRIN ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-OPERAT TAGĦHA
Il-Ministru għat-Turiżmu, Dr. Edward Zammit Lewis, żar il-World Aviation Group (WAG) f’Ħal Luqa fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li f’din iċ-ċelebrazzjoni għandna għax inkunu kburin li kumpanija Maltija għamlet progress konsiderevoli matul is-snin.
“Il-World Aviation Group li bdiet tirrappreżenta lil diversi linji internazzjonali fil-bidu tal-operat tagħha stabbilixxiet ruħha bħala entità ewlenija fl-industrija tal-avjazzjoni Maltija. Dan jirriżulta mil-livelli għoljin tagħha ta' effiċjenża u li kontinwament tfittex li tespandi s-servizzi tagħha”, sostna l-Ministru għat-Turiżmu.
Is-settur tal-avjazzjoni huwa fost dawk l-industriji li jeħtieġu servizzi anċillari, u f'dawn l-aħħar għaxar snin din l-industrija evolviet f’direct outsourcing. Il-Ministru Zammit Lewis tkellem u ltaqa’ mal-ħaddiema preżenti u qal li l-World Aviation Group hija eżempju ewlieni ta’ kumpanija li mbarkaw fuq servizzi varji u li pperfezzjonaw f’diversi oqsma.
Il-Ministru għat-Turiżmu żar ukoll s-sezzjoni tal-Cargo tal-kumpanija tal-linja nazzjonali tal-Airmalta f’Ħal Luqa u ltaqa’ mal-ħaddiema tal-istess sezzjoni.
Jakkumpanjaw lill-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis kien hemm preżenti ċ-Chairperson tal-Air Malta Maria Micallef, id-Direttur Maniġerjali tal-WAG Leslie Anthony Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-WAG Nadia Pace, u d-direttur tal-Air Malta fuq il-Bord tal-WAG, Joe Gasan.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046