Left arrow Go Back

​GĦAWDEX ILESTI GĦAT-TIENI TMIEM IL-ĠIMGĦA TA’ DIĊEMBRU

pr142892
Date Icon 11/12/2014

JITNEDEW TLIET INIZJATTIVI ĠODDA

Fi tmien din il-ġimgħa f’Għawdex se jkun hemm tliet inizjattivi ġodda bħala attrazzjonijiet għal dawk li jagħżlu li jżuru Għawdex f’Diċembru.  Dan barra li jkun għaddej Bethlehem f’Għajnsielem li jidħol fit-tieni ġimgħa tiegħu.

Se jkun inawgurat il-Villaġġ agrikolu u ikel tal-Milied fix-Xewkija, attività mmirata għat-tfal f’Villa Rundle fejn se tittella’ Fantasija u Talent li hi estiża għall-kumpless The Duke fejn se jkun hemm Santa’s Booth u l-karattri n-Nanniet Tona u Pawlu li se jkunu fuq il-prodotti ta’ David’s Bakery.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar ix-Xewkija, r-Rabat u Kerċem fejn ra l-aħħar preparamenti li għaddejjin għal dawn l-attivitajiet.  Waqt li kien milqugħ fix-Xewkija minn Abraham Said li qiegħed jikkordina l-Villaġġ tal-Milied, il-Ministru Refalo qal li l-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ attivitajiet fosthom Seħer il-Punent fl-Għarb u Bethlehem f’Għajnsielem digà beda jħalli l-frott tant li l-Gozo Channel għamlet 24 vjaġġ  aktar mis-sena li għaddiet u ġarret 14,146 passiġġier u 3,631 vettura aktar.

Fil-villaġġ tal-Milied fix-Xewkija barra festa ta’ ikel u prodotti oħra se jkun hemm attrazzjonijiet varji fosthom kunċerti, u żewġ esebizzjonijiet waħda  tal-artisti Għawdxin Nativitas u oħra wirja ta’ ritratti: Palestina, Realta’ f’Ritratt.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd f’Villa Rundle se jkun hemm attività b’talent minn studenti varji u divertiment mill-atturi tal-pantomima Sindyrella u l-Bestja.  It-tfal se jkollhom l-opportunità li jkellmu lil Santa Claus bit-telephone minn booth mibnija għall-okkażjoni.

Sadanittant, il-karattri Nanna Tona u Pawlu qegħdin jiksbu popolarità ġmielha u wara li s-Sibt iltaqgħu mal-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, u nhar il-Ġimgha se jżuru l-Belt Valletta biex jippromovu l-Milied f’Għawdex, issa l-immaġni tagħhom se tkun ukoll fuq prodotti ta’ ħobż u ħelu tal-Milied li qiegħed iħejji David’s Bakery, liema prodotti  jitqassmu f’Malta u f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow