Left arrow Mur Lura

RATA TA’ TKABBIR EKONOMIKU TLIET DARBIET IL-MEDJA EWROPEA

pr142878
Date Icon 09/12/2014

Bejn Lulju u Settembru 2014, l-ekonomija Maltija kompliet tibker b’rata ta’ tkabbir tliet darbiet il-medja Ewropea. Figuri maħruġin mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li, fit-tielet kwart tal-2014, l-ekonomija Maltija kibret bi 3.8%, kontra l-1.3% tkabbir li kien irreġistrat bħala medja madwar l-Unjoni Ewropea. Matul dawn it-tliet xhur, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-riżultat jiġġustifika stħarriġ tal-Kummisjoni Ewropea li ħareġ ġimagħtejn ilu u li kien wera li Malta għandha l-ogħla livell ta’ ottimiżmu dwar l-ekonomija mill-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea.

Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku li rreġistra pajjiżna bejn Lulju u Settembru 2014 kienet l-ogħla waħda din is-sena, kif ukoll l-ogħla mill-bidla tal-amministrazzjoni f’Marzu 2013. L-aċċelerazzjoni ekonomika kienet dovuta għal diversi fatturi, primarjament it-tkabbir fil-konsum privat, iż-żieda fl-investiment u l-espansjoni fl-esportazzjoni.

Matul dawn it-tliet xhur, il-ħaddiema f’pajjiżna raw id-dħul tagħhom jiżdied b’€44 miljun, filwaqt li l-azjendi kellhom żieda fil-profitti ta’ aktar minn €28 miljun. Kważi nofs iż-żieda fil-profitti seħħet fil-qasam tal-wholesale u r-retail u l-lukandi u r-ristoranti. Żidiet qawwija oħra seħħew fl-oqsma tas-servizzi professjonali, l-informatika u l-kommunikazzjoni, l-arti u r-rikreazzjoni.

Il-fatt li Malta qed tikseb dawn ir-riżultati fl-istess waqt li t-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi ta’ madwarna qiegħed jonqos jindika li bħalissa pajjiżna qed igawdi mill-effetti tal-politika differenti li qed iħaddan dan il-Gvern. Minflok politika ta’ awsterità ekonomika, din l-amministrazzjoni għafset bi sħiħ biex jiżdied l-investiment f’pajjiżna u tat inċentivi qawwija biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Bil-miżuri li tħabbru fil-budget 2015, dan il-Gvern qed ikun ċar li jrid ikompli jżid ir-ritmu ekonomiku. Diġà l-medja tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna kważi rduppjat meta mqabbla ma’ dik taħt l-amministrazzjoni preċedenti imma għad fadal ħafna aktar potenzjal li jista’ jintlaħaq mill-familji beżlin tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow