IL-FTEHIM BEJN L-ENEMALTA U SHANGHAI ELECTRIC POWER SE JKUN IFFIRMAT FIL-JIEM LI ĠEJJIN
Id-diskussjonijiet bejn l-Enemalta u Shanghai Electric Power ġew konklużi u l-ftehim se jkun iffirmat fil-jiem li ġejjin. Dan l-investiment se jkun l-akbar wieħed li qatt ra pajjiżna u se jinvolvi sehem minoritarju ta’ Shanghai Electric Power fl-Enemalta kif ukoll investiment fl-impjant ta’ Delimara 3.
Apparti dan l-investiment, u kif tħabbar aktar kmieni din is-sena, l-Enemalta u Shanghai Electric Power se jkunu qed jidħlu f’joint ventures; waħda f’kumpanija li tipprovdi enerġija alternattiva għas-suq Ewropew u l-oħra fis-suq tal-inġinerija tal-impjanti li Shanghai Electric Power għandha f’dan ir-reġjun.
Permezz ta’ dan il-ftehim l-Enemalta se tkun qed titpoġġa fuq sisien sodi u se tkun qed tikkontribwixxi fit-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Din is-sħubija bejn l-Enemalta u Shanghai Electric Power se tfisser ukoll li l-Enemalta, għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, se tkun qed tipparteċipa fi proġetti barra minn xtutna.
Il-Gvern se jkun qed jippubblika l-ftehim finali u jagħmel diskussjoni fil-Parlament.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046