Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA' MALTA

PR142868
Date Icon 06/12/2014

L-Oppożizzjoni tipprova tgiddeb lill-Kummissjoni Ewropea fuq il-prezz tal-petrol u d-diesel

Wara li nqabdet għal darba oħra tagħmel kalkoli ħżiena, l-Oppożizzjoni issa waslet fil-punt li tipprova tgiddeb lill-Kummisjoni Ewropea dwar il-prezz tal-petrol u d-diesel. Iċ-ċifri tal-Kummisjoni Ewropea jikkonfermaw li l-prezz medju tal-petrol li jħallsu l-konsumaturi madwar l-Ewropa huwa €1.45 filwaqt li tad-diesel huwa €1.32 :

http://ec.europa.eu/energy/observatory/oil/doc/prices/bulletin_with_taxes/2014_12_01_with_taxes_1731.pdf

Fit-tentattiv li jipprova jsib ġustifikazzjoni għall-kalkoli żbaljati tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed juża informazzjoni miġbura minn sit mhux uffiċjali u li ma taqbilx maċ-ċifri xjentifiċi tal-Kummissjoni Ewropea. Ikun tajjeb li l-Oppożizzjoni tispjega għalfejn qed tinjora l-kalkoli tal-Kummisjoni Ewropea u minflok tuża figuri miġbura minn fuq l-internet u mhux ibbażati fuq statistika uffiċjali.

La l-Oppożizzjoni issa saret temmen li l-prezz tal-petrol u diesel bla taxxa f'Malta għandu jkun bħal dak fl-Isvezja, jkun tajjeb li tispjega kif fil-bidu ta' Marzu 2013, skond l-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-prezz mingħajr taxxa tal-petrol fl-Isvezja kien 7% anqas minn dak f'Malta.

Il-familji Maltin u Għawdxin jafu li, filwaqt li l-prezz tal-petrol u diesel f'Malta kienu €1.09 u €1.02 rispettivament fil-bidu ta' Marzu 2008, sal-bidu ta' Marzu 2013, kawża tad-deċiżjonijiet ħżiena mill-eks Ministru Tonio Fenech, dawn il-prezzijiet kienu telgħu għal €1.48 u €1.38.

Din iż-żieda ta' 39 ċenteżmu fil-prezz tal-petrol u 36 ċenteżmu fil-prezz tad-diesel tfisser li familja medja b'żewġ karozzi, b'konsum ta' 30 litru fil-ġimgħa għal kull karozza, spiċċat tonfoq mal-€1200 aktar fis-sena fuq petrol u diesel. L-istess familja, grazzi għall-politika ta’ stabbilita fil-prezzijiet tal-Gvern preżenti, illum tħallas €100 anqas.

L-ebda kalkolu żbaljat tal-Oppożizzjoni m’huwa se jbiddel din ir-realtà.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow