Left arrow Mur Lura

​IĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM TAL-IMTARFA SER JIĠI MODERNIZZAT

PR142861
Date Icon 05/12/2014

Bħala parti mill-attivitajiet konnessi mal-ġimgħa ddedikata għall-persuni b’diżabilità, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret l-uffiċini tal-HSBC fejn jaħdmu numru ta’ persuni b’diżabilità.

Justyne Caruana faħħret l-HSBC tal-impenn biex persuni b’diżabilità jiġu inklużi fuq il-postijiet tax-xogħol fl-uffiċini tagħhom. Qalet li l-baġit li għadda kien iffukat fuq l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fil-qasam tax-xogħol u biex dan iseħħ, il-Gvern ħa miżuri biex jinkoraġġixxi aktar lil min iħaddem biex iħaddmu persuni b’diżabilità permezz ta’ eżenzjoni mill-ħlas tal-bolla tal-impjegat b’diżabilità kif ukoll bil-kreditu ta’ taxxa ta’ 4,500 ewro għal kull persuna b’diżabilità li jħaddem. Mill-banda l-oħra min ma jagħmilx dan ser ikun qed iħallas kontribuzzjoni li ser tmur ġo fond għat-taħriġ u x-xogħol għall-persuni b’diżabilità infushom.

Enfasizzat li bit-80 impjieg ġdid għall-persuni b’diżabilità f’Għawdex il-Gvern ta sinjal ċar tal-impenn tiegħu. Dan fl-isfond tal-Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità li nediet propju nhar l-Erbgħa li għadda għandha miżuri apposta sabiex tgħin iktar persuni b’diżabilità jidħlu fil-qasam tax-xogħol.

Iktar tard, is-Segretarju Parlamentari Caruana żaret l- Open Day fiċ-Ċentru tal-Mtarfa fejn semmiet li huwa pjanat proġett tal-ewwel xorta tiegħu f’Malta biex iċ-ċentru tal-Mtarfa mhux biss jikber imma wkoll jiġi mmodernizzat biex ikollu l-apparat kollu neċessarju bil-għan li l-membri taċ-ċentru jieħdu l-aqwa u l-aħjar servizz, dak li wara kollox jistħoqqilhom.

Ħabbret ukoll proġett ta’ Learning Hub f’Għawdex fejn ix-xogħol fuqu ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

F’dawn iż-żjarat is-Segretarju Parlamentari kienet akkumpanjata miċ-chairman tal-Kummisjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna u mid-direttur tal-Aġenzija Sapport, Mauro Farrugia.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow