1650 SIĠRA ĠDIDA: SPINTA KBIRA LILL-KAMPANJA TREE 4 U (34U)
F’ċerimonja li saret f’Għajn Tuffieħa, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li ser tingħata spinta kbira lill-kampanja 34U permezz tal-għoti u t-tħawwil ta’ 1650 siġra ġdida mill-kumpanija tal-iGaming TIPICO.
Huwa kompla li ċ-ċittadini Maltin japprezzaw il-ġest sabiħ ta’ din il-kumpanija, li b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Parks tal-Ministeru tal-Ambjent, offrew li jħawwlu dawn is-siġar flimkien mal-kollegi Ġermaniżi tagħhom. Filwaqt li 280 siġra ser jitħawwlu fis-sit tal-Iscouts f'Għajn Tuffieħa, i l-kumplament sejrin jitħawwlu fuq firxa ta’ xhur matul is-sena d-dieħla, fis-sit tal-FKNK fil-Miżieb.
Il-Ministru Brincat qal li bl-għajnuna ta’ dan l-isponsor dawn iż-żewġ siti se jkomplu jissebbħu biex b’hekk jitgawdew aktar mill-pubbliku.
Huwa fisser kif fis-sit t’Għajn Tuffieħa se jitħawwlu ċipress, deru, prinjol u żebbuġ fejn dawn ser ikunu qed jieħdu ħsiebhom il-membri tal-iscouts bl-għajnuna wkoll tad-Dipartiment tal-Parks nnifsu.
Il-Ministru temm jgħid li fis-sit tal-Miżieb se jitħawwlu żnuber, għargħar, ballut u ċipress fejn dawn ser ikunu qed jieħdu ħsiebhom l-FKNK filwaqt li t-tisqija meħtieġa ser issir mid-Dipartiment tal-Parks.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046