PREŻENTAZZJONI LILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI TAT-TIENI VOLUM TAL-KTIEB, IS-SEDJA TITKELLEM
pr142848
04/12/2014
Illejla saret il-preżentazzjoni tal-ktieb Is-SedjaN Titkellem – it-Tieni Volum, mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
L-iSpeaker semma’ li dil-pubblikazzjoni tiġbor fiha d-Deċiżjonijiet mogħtija mis-Sedja u li dal-ktieb għandu jservi bħala referenza, kemm għall- Membri tal-Kamra tad-Deputati kif ukoll għall-istudenti tal-Liġi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni rringrazzja lill-iSpeaker għal din il-preżentazzjoni u faħħar l-inizjattiva li ħa l-Uffiċċju tiegħu bil-pubblikazzjoni tat-tieni volum ta’ dan il-ktieb.
Preżenti wkoll għal dil-preżentazzjoni kien hemm, id-Deputat il-Whip tal-Oppożizzjoni Frederick Azzopardi u l-iSkrivan tal-Kamra s-Sur Ray Scicluna.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046