IL-KOMUNITÀ KUMMERĊJALI GĦAWDXIJA TAPPOĠĠJA MILIED F’GĦAWDEX
65 operatur jissieħbu fl-inizjattiva fosthom 4 partners kummerċjali
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li 65 operatur kummerċjali wieġbu għas-sejħa tal-Kumitat Milied f’Għawdex u appoġġjaw l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu.
Bil-kontribuzzjoni ta’ dawn flimkien mal-appoġġ finanzjarju, riżorsi umani, management u relazzjonijiet pubbliċi tal-Ministeru għal Għawdex, illum għandna programm mimli attivitajiet mifrux fuq Għawdex kollu.
Il-Ministru Refalo spjega kif is-sena l-oħra avviċinatu l-komunità kummerċjali biex huma jkunu inklużi fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-Milied u l-programm ikun mifrux fuq Għawdex kollu.
“Meta ħtart il-kumitat immexxi minn Dr Joe Mifsud innominajt lil Maria Farrugia u lil Abraham Said biex jikkontribwixxu b’ideat, magħhom kien hemm rappreżentant tal-GTA u GBC. Dawn ikkontribixxew b’ideat u llum inħabbar li fost l-attivitajiet ġodda li se jkun hemm Għawdex fil-Milied se jkun hemm Villaġġ tal-Milied fil-Gozitano Agricultural Village u attività kbira għat-tfal Dinja tat-Tfal – Ħallu t-Tfal Jiġu Għandi.”
Il-kumitat ra li minn din il-ġimgħa sal-4 ta’ Jannar kull tmiem il-ġimgħa jkun hemm attivitajiet varji biex barra Bethleħem f’Għajnsielem jkun hemm attrazzjonijiet oħra biex min iżur Għawdex ma jagħmilx dan għal ftit sigħat imma jkun jista’ jqatta’ numru ta’ ġranet fil-gżira.
Il-Kumitat Milied f’Għawdex sab l-appoġġ ta’ 47 lukanda u ristoranti bħala supporters tal-inizjattiva, 14-il lead supporter u 4 partners. L-erba’ partners kummerċjali li ssieħbu mal-Kumitat Milied f’Għawdex huma Arkadia, David’s Bakery, The Duke u Vini u Capricci.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn www.christmasingozo.com u facebook page Christmas in Gozo.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046