Left arrow Go Back

ĦTIEĠA GĦAL RIFORMA FIL-POLITIKA LOKALI U REĠJONALI TA’ PAJJIŻNA

pr142840
Date Icon 04/12/2014

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo indirizza konferenza organizzata mid-Dipartiment għal Gvern Lokali u li għaliha attendew Sindki u Segretarji Eżekuttivi biex jiddiskutu rapport imħejji mill-Kunsill tal-Ewropa fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-Kunsilli Lokali f'pajjiżna u l-ħtiġijiet li tali Kunsilli għandhom biex ikunu jistgħu jirrispondu aħjar għar-realtijiet tal-komunitajiet li jirrapreżentaw. Din kienet oħra minn kullana ta’ inizjattivi li fil-preżent qed jieħu l-Gvern biex jindirizza l-isfidi tas-settur.

Li ħareg ċar u konsistenti fid-diversi kapitli tar-rapport hi l-ħtiega urġenti għal riforma fil-politika lokali u reġjonali ta’ pajjiżna. Fid-diskors tiegħu Stefan Buontempo faħħar l-involviment attiv tal-Kunsilli Lokali biex flimkien jinbnew pedimenti sodi għal Governanza Lokali sostenibbli.

Ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jindika li, filwaqt li teżisti fiduċja min-nies fl-amministrazzjonijiet lokali tagħhom, fl-istess ħin hemm diskrepanza fil-mod kif in-nies jipperċepixxu lill-istess Kunsilli. Fost oħrajn għadhu mhux car l-irwol preċiz tal-Kunsilli u ta’ min jaħdem fi ħdanhom, nuqqas ta’ għarfien dwar x'inizjattivi qed jieħdu l-istess Kunsilli fil-qasam taż-żgħażagħ jew f'dak tal-anzjani u nuqqas ta’ parteċipazzjoni fid-deċizjonijiet meħuda mill-Kunsill Lokali. 

Huma dawn ir-riżultati, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari, li jridu jiġu mixtarra fid-dettall, biex abbażi tagħhom ikollna imbgħad il-kuraġġ li nagħmlu t-tibdil meħtieġ favur Gvernijiet Lokali u Reġjonali li tassew ikunu jistgħu jagħmlu d-differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow