IS-SEDJA TITKELLEM - IT-TIENI VOLUM
Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, ippreżenta pubblikazzjoni tal-ktieb “Is-Sedja Titkellem – It-Tieni Volum” lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fid-diskors tiegħu, l-iSpeaker qal li dil-pubblikazzjoni tiġbor fiha d-Deċiżjonijiet mogħtija mis-Sedja minn April sa Diċembru 2014 u li dal-ktieb iservi ħafna bħala referenza, kemm għall-Kamra tad-Deputati kif ukoll għall-istudenti tal-Liġi. L-iSpeaker irrefera wkoll għall-awtonomija tal-Parlament Malti li ssemmiet fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2015.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-iSpeaker għall-inizjattiva li ħa l-Uffiċċju tiegħu bil-pubblikazzjoni ta’ dal-ktieb li jista jservi ta’ referenza għall-membri parlamentari waqt is-sessjonijiet differenti u għalhekk tinħoloq aktar ċertezza fil-ħidma tal-Parlament. Irrefera għall-appell ta’ Speakers differenti favur l-awtonomija Parlamentari u qal li wasal iż-żmien li din issa titwettaq fil-prattika.
Preżenti għal dil-preżentazzjoni kien hemm id-Deputy Speaker Ċensu Galea, l-Whip tal-Gvern Carmelo Abela u l-iSkrivan tal-Kamra s-Sur Ray Scicluna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046