Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN

PR142827
Date Icon 02/12/2014

Ħrafa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar is-sussidju lill-Enemalta

Hija ħrafa li l-€14-il miljun li qed isemmi l-Kap tal-Oppożizzjoni huma xi forma ta’ sussidju. L-€14-il miljun li qed isemmi l-Kap tal-Opożizzjoni huma ħlas biex l-Enemalta tassigura li pajjiżna jkollu security of supply skont normi globali. Għalkemm pajjiżna se jkollu tlett operaturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-Enemalta għandha l-obbligu li topera riserva ta’ kapaċità biex tilqa’ għal kull eventwalità.

L-Act of Entrustment kien spjegat b’mod dettaljat mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa fil-Parlament. Kieku l-Kap tal-Oppozizzjoni kien fil-Parlament meta saret din l-ispjegazzjoni, forsi kien jinduna li dan il-fatt issemma u jifhmu.

Gvern Nazzjonalista kien ukoll ħaseb għal kapaċità ta’ riserva li kienet tirrifletti r-riskju jekk ikollna ħsara fl-akbar magna tal-ġenerazzjoni li kienet ta’ 60Mw. Mis-sena d-dieħla l-akbar sors ta’ ġenerazzjoni se jkun l-interconnector ta' 200Mw u l-kapaċità ta’ riserva trid tirrifletti dan l-ammont.

Kuntrarju għal dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Gvern irid li dak kollu li jsir fil-qasam tal-enerġija jsir b’mod għaqli u għalhekk l-Enemalta se tkun qed terfa’ r-responsabilitajiet tagħha filwaqt li titħallas għall-spejjeż li tidħol għalihom. Li kieku dan il-Gvern m’għamilx it-tibdiliet meħtieġa fil-prattiċi ta’ kontabilità, il-Gvern kien se jkollu jħallas madwar €190 miljun fuq feed-in tariffs lill-Enemalta sal-2020. Dan iżda mhux se jseħħ peress li l-Gvern se jkun qed iħallas biss id-differenza bejn il-feed-in tariff u l-ispiża tal-ġenerazzjoni.

Dwar ir-rata ta’ elettriku mill-Interconnector l-Oppożizzjoni qed tinsa li filwaqt li d-dawl mill-interconnector huwa orħos minn ġenerazzjoni ta’ elettriku bbażata fuq iż-żejt, elettriku mill-interconnector huwa ogħla minn ġenerazzjoni bbażata fuq il-gass. L-Oppożizzjoni qed taħbi l-fatt li fuq ir-rata li qed issemmi trid iżżid transmission losses tal-grid, congestion charges, u ħlas ieħor li jrid jitħallas lill-kumpanija barranija li topera l-grid.

L-Oppożizzjoni jidher li ma tistax tifhem il-pjan għaqli tal-Gvern li jfisser investiment ta’ €320 miljun, kontijiet orħos għall-familji u n-negozji u l-eliminazzjoni ta’ l-aktar żejt li jniġġez minn pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow