STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Huwa ta' tħassib kbir li l-Kap tal-Oppożizzjoni llejla nqeda bil-privileġġ Parlamentari biex għamel attakk bla preċedent fuq il-ġudikatura f'pajjiżna.
Dan wara li ddeskriva l-inkjesta indipendenti li ħatar il-Prim Ministru bħala tentattiv ta' cover up.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni messu jaf sew li t-tliet eksġudikanti maħtura biex jinvestigaw igawdu reputazzjoni tajba ħafna u li dan l-attakk biex jaqdi l-aġenda partiġjana tiegħu huwa għalhekk bla preċedent u bla fundament.
Ta' min ifakkar li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu kull ċans li jappunta persuna li jrid hu biex tmexxi din l-inkjesta u rrifjuta li jagħmel dan.
Bid-dikjarazzjoni irresponsabbli tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux biss qed jikkonferma n-negattività tiegħu iżda qed juri nuqqas kbir ta' ġudizzju fil-mumenti li jgħoddu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046