Left arrow Mur Lura

IR-RABA’ EDIZZJONI TAL-MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY EBIZ AWARDS

PR142825
Date Icon 02/12/2014

Ir-raba’ edizzjoni tal-eBusiness Awards tal-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, saret bil-għan li jiġi promoss l-użu tal-teknoloġija tal-informazzjoni min-negozji sabiex itejbu l-operat tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal mod kif, b’din l-attività, l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni kienet qed iżżewweġ u tippremja t-teknoloġija flimkien mal-ħiliet fin-negozju. “It-teknologija llum għandha impatt sinifikattiv fuq il-ħajja tagħna ta’ kuljum. Għalhekk l-importanza tal-ekonomija diġitali kulma jmur qed dejjem tiżdied”, tenna s-Segretarju Parlamentari.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ġibdet lejha numru sabiħ ta’ nominazzjonijiet. Dawn in-nominazzjonijiet juru kemm in-negozju u t-teknoloġija qed jaħdmu id f’id.

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena ġew sottomessi 43 nominazzjoni li minnhom ġew magħżula 19-il finalist li tqassmu f’seba’ kategoriji. Il-kategoriji kienu jvarjaw minn dawk li tista’ tgħid jiffurmaw parti minn kull edizzjoni ta’ dawn l-awards bħall-aħjar nominazzjoni fil-qasam tal-kummerċ eletroniku (Business 2 Consumer) u (Business 2 Business) u oħrajn li ġew introdotti għall-ewwel darba bħall-aħjar soluzzjoni fl-użu tat-teknoloġija tal-Cloud. B’kollox kien hemm għaxar rebbieħa li ngħataw trofew artistiku, li ġie iddiżinjat apposta għal din l-edizzjoni tal–eBiz Awards.

Il-kategoriji kollha għal din is-sena kienu Business 2 Business, il-Gvern Elettroniku (eGovernment), Business 2 Consumer (Kummerċ Elettroniku), Cloud, Media Soċjali, Best App u l-Innovazzjoni. Għall-ewwel darba din is-sena ukoll ngħata award (trofew) għall-aħjar użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni fil-qasam tal-voluntarjat li ntrebaħ minn Kellimni.com, li toffri servizz liż-żgħażagħ. Dawn l-awards jirrikonoxxu wkoll il-ħidma akkademika tal-istudenti fil-qasam tan-negozju elettroniku billi ngħataw awards ukoll għall-aħjar teżijiet kemm fil-livell ta’ Masters (MBA) kif ukoll fil-livell ta’ Baċellerat.

Fid-diskors tiegħu Herrera semma żewġ inizjattivi li qed jaħdem fuqhom il-Gvern: wieħed dwar l-ispazji satellitari u l-ieħor dwar l-istudju fuq is-submarine cable link bejn Malta u parti oħra mill-Ewropa. Permezz ta’ dawn iż-żewġ proġetti Malta se tkun f’pożizzjoni aħjar li tilħaq il-miri tagħhom li joħorġu mill-istrateġija diġitali, tenna s-Segretarju Parlamentari José Herrera.

Preżenti għal din l-attività kien hemm iċ-Chairman tal-MCA Dr Edward Woods u l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-suġġett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow