Left arrow Go Back

JISSEWWEW 700 KELB U QATTUS TAT-TRIQ

PR142823
Date Icon 02/12/2014

Tintemm b’suċċess it-tielet Neutering Campaign imnedija mill-Gvern

700 kelb u qattus tat-triq ġew imsewwija f’ġimagħtejn waqt kampanja li nieda s-Segretarjat Parlamentari favur id-Drittijiet tal-Annimali, bħala waħda mill-miżuri biex jikkontrolla l- popolazzjoni tal-annimali tat-triq.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes f’konferenza tal-aħbarijiet, hekk kif illum intemmet it-tielet Neutering Campaign li l-Gvern għamel b’kollaborazzjoni mal-NGO Ġermaniża ETN.

Fiż-żewġ kampanji ta’ qabel, li wkoll saru bil-kollaborazzjoni mal-ETN, issewwew total ta’ elf annimal ieħor. B’hekk fi 18-il xahar issewwew total ta’ 1,700 annimal.

L-Onorevoli Galdes irrimarka kif dawn it-tliet kampanji ma ġew jiswew xejn lill- Gvern grazzi għal ftehim li ntleħaq. Dan b’kuntrast ma’ kampanja oħra li kienet saret taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, li kienet ġiet tiswa €175,000.

Hu rringrazzja lil numru ta’ feeders kemm tad-dedikazzjoni tagħhom biex jitimgħu l-qtates tat-triq, kif ukoll tas-sehem tagħhom f’din il-kampanja li bla ebda dubju kienet ta’ suċċess.

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li diġà bdew diskussjonijiet biex fil-futur qrib issir kampanja ta’ neutering f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow