KOMUNIKAT GĦALL-ISTAMPA MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia jagħmel referenza għall-artiklu li deher illum fil-ġurnal Times of Malta intitolat “Oversized desks stretch deadline for Parliament” fejn ġie rapportat li:
“Although the problem seems to stem from the original chamber design, in November 2013 a mock set of tables and chairs were put in place and tested. On that occasion, government officials failed to identify any problems and gave the go-ahead,”.
Dan il-kontenut ġie rifless ukoll fl-artiklu li deher fuq is-sit elettroniku ta’ dan l-istess ġurnal intitolat “Oversized desks stretch new Parliament deadline – tests had not revealed problem”.
L-Uffiċċju tal-Ispeaker jixtieq jiċċara li ħadd mill-uffiċjali tal-Parlament ma taw xi forma ta’ approvazzjoni u lanqas kienu involuti f’xi provi li setgħu saru, kif rapportat, f’Novembru 2013. Wara li matul is-Sajf, waqt żjara fil-binja l-ġdida kienu ntalbu kjarifiki, l-ewwel okkażjoni li l-uffiċjali u Membri tal-Parlament kellhom biex jaraw is-siġġijiet u l-imwejjed f’posthom kien matul ix-xahar li għadda, meta minnufih bdew jintalbu kjarifiki ulterjuri u li jsiru l-aġġustamenti neċessarji.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046