Left arrow Go Back

​L-IFFIRMAR TAL-EWWEL FTEHIM KOLLETTIV GĦALL-ĦADDIEMA TAL-WASTESERV

PR142815
Date Icon 01/12/2014

Mument ‘storiku’ għall-ħaddiema tal-WasteServ

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat attenda għall-iffirmar tal-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-WasteServ. Il-Ministru qal li meta wieħed iqis kemm ilha mwaqqfa l-kumpanija WasteServ, kif ukoll li n-negozjati għal dan il-ftehim kollettiv ilhom għaddejjin il-fuq minn erba’ snin, l-iffirmar tal-ftehim kollettiv għandu jitqies bħala mument ‘storiku’ għall-ħaddiema nfushom, kif ukoll għall-management tal-kumpanija u għall-union li tirrapreżentahom.

Huwa qal li din hija okkażjoni li tikkonferma li r-relazzjoni bejn management, union u ħaddiema tista’ biss tkompli tissaħħaħ fil-ġejjieni u tawgura tajjeb għall-futur tal-kumpanija nnifisha.

Huwa radd ħajr ukoll lill-PACBU li kellhom ukoll sehem importanti sabiex jintlaħaq dan il-ftehim.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow