Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JQIEGĦED IL-ĠEBLA KOMMEMORATTIVA TAL-ISKOLA NAZZJONALI TAL-ISPORT F’PEMBROKE

pr142801
Date Icon 28/11/2014

Waqt iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ġebla kommemorattiva tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-faċilitajiet sportivi u t-tagħlim tal-isport jgħinu biex aktar żgħażagħ ikomplu l-edukazzjoni. L-isfida għall-awtoritajiet edukattivi llum hija li l-istudenti ma jkollhomx biss triq riġida huma u javvanzaw fl-istudju, iżda rridu nagħtuhom għażliet differenti, kemm dawk akkademiċi, vokazzjonali, sportivi u oħrajn. “Din hija sfida li rridu nirbħuha” qal Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru qal li dan il-proġett għandu time-line ambizzjuż li jrid jintlaħaq, jiġifieri li fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss, dawn il-faċilitajiet ġodda jibdew jilqgħu l-istudenti. Iżda dan il-bini mhux se jservi biss ghall-istudenti tal-iskola. Il-post se jsir b’tali mod li meta l-iskola tkun magħluqa, il-faċilitajiet ikunu aċċessibbli għall-komunità u għall-għaqdiet sportivi.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo qal li minbarra l-bini, il-Ministeru qed jaħdem biex il-komponent tal-isport ikun akkreditat daqs suġġetti akkademiċi. Huwa saħaq fuq l-importanza li l-isport jissaħħaħ minħabba l-ġid li jagħmel lis-saħħa fiżika u mentali. Huwa semma kif ir-relazzjonijiet eċċellenti li għandu l-Ministeru mal-ġenituri tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport jagħmel minn din l-iskola mudell għal skejjel oħrajn.


Waqt il-mistoqsijiet mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li l-Kummissjoni Ewropea ma talbet li ssir ebda emenda lill-baġit kif imressaq mill-Gvern. Barra minn hekk, il-Gvern huwa sodisfatt ukoll li l-baġit m’għandux għalfejn jerġa’ jitressaq għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Marzu li ġej, kif se jsir lil 3 pajjiżi oħrajn.

Ir-riżerva li kienet għamlet il-Kummissjoni ġejja mill-fatt li ma setgħetx ikollha l-miżuri tal-baġit fil-ħin bħall-bqija tal-pajjiżi. Il-Kummissjoni titlob li tkun taf il-miżuri tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro sal-aħħar ta’ Ottubru, iżda f’Malta l-Baġit jitressaq f’Novembru.

Il-Prim Ministru żied li hemm bżonn li s-sena d-dieħla nirrevedu l-mod kif nagħmlu l-Baġit, iż-żmien li fih jitħabbar u l-istruttura parlamentari tal-Baġit, biex ma jerġgħux jirrepetu sitwazzjonijiet bħal dawn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow