Left arrow Go Back

​IL-GVERN IMPENJAT LI AKTAR NISA JIDĦLU FID-DINJA TAX-XOGĦOL

PR142800
Date Icon 28/11/2014

Waqt żjara li għamel aktar kmieni llum fi Smoochies Ltd., is-Segretarju Parlamentari Dr José Herrera qal li l-Gvern huwa impenjat biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Huwa qal li l-miżuri li ttieħdu fl-aħħar budget huma mmirati li jsaħħu r-rankatura f’dan is-settur. Fil-fatt, jirriżulta li permezz ta’ dawn il-miżuri r-rata ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol telgħet bi kważi tnejn fil-mija ekwivalenti għal aktar minn elf mara fil-post tax-xogħol. Fost l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern, Herrera semma d-dħul ta’ childcare centres b’xejn, il-Breakfast Club għal qabel il-ħin tal-iskola, fond speċjali biex minnu jitħallas il-benefiċċju ta’ 14–il ġimgħa leave tal-maternità bi ħlas u ż-żieda fil-benefiċċju tal-leave tal-maternità għan-nisa li huma self employed.

“Il-messaġġ tagħna dalgħodu huwa li l-Gvern se jibqa’ joħloq inizjattivi biex aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol u fl-intraprenditorija”, tenna s-Segretarju Parlamentari. Huwa semma wkoll għadd ta’ inizjattivi oħra pożittivi f’dan il-budget bħal seed capital biex jiġi provdut sors ta’ finanzjament lill-intrapriżi żgħar u medji u l-introduzzjoni ta’ inċentivi ta’ natura fiskali kif wkoll inċentivi oħra sabiex jinċentivaw il-ħolqien ta’ fondi ta’ venture capital li jiffokaw b’mod partikolari fuq is-suq lokali. 

Huwa qal li n-negozji f’pajjiżna, minn Marzu li ġej ser ikunu qed jibbenefikaw mir-roħs fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u b’hekk il-Gvern ser ikun qed jitfa’ aktar minn ħamsin miljun ewro fil-bwiet tan-negozji żgħar u medji u negozji oħrajn.

“Pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba u dan qed ikun rikkonoxxut lokalment u internazzjonalment”, tenna s-Segretarju Parlamentari.

Hawn huwa semma kif mill-istharriġ tal-Kummissjoni Ewropea għax-xahar ta’ Novembru ħareġ li pajjiżna kellu l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. “Dan l-ottimiżmu lilna jagħmlilna kuraġġ għaliex huwa xhieda ta’ kemm il-pajjiż miexi ‘l quddiem”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow