STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA LEO BRINCAT
Libell fil-konfront tal-media tal-Partit Nazzjonalista
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, illum fetaħ kawża ta’ libell kontra l-media tal-Partit Nazzjonalista wara artiklu malafamanti li deher fil-ġurnal In-Nazzjon tal-bieraħ, l-Erbgħa 26 ta’ Novembru 2014.
L-allegazzjonijiet magħmula minn In-Nazzjon huma għalkollox foloz u infondati. Mhuwiex minnu dak li ġie allegat li “il-poplu Malti ħallas €1 miljun f’titjiriet biss għas-safar tal-Ministru u d-delegazzjoni tiegħu kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern.”
L-intenzjoni qarrieqa ta’ dan l-artiklu hija evidenti meta tqis li l-akkuża ivvintata saret anqas minn 48 siegħa wara li l-Ministru kien diġà għamel ċaħda simili fil-Parlament.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046