Left arrow Go Back

KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-BMX U TAL-ISKATEBOARDING GĦALL-EWWEL DARBA ORGANIZZATA F’MALTA

PR142778
Date Icon 26/11/2014

Bejn il-5 u t-8 ta’ Diċembru ser isir f’Malta l-BMX fest – Xmas Edition li ser tkun l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tal-BMX li ser issir f’pajjiżna.  Dan l-avveniment ser isir fl-Indoor Skate Park f’Pembroke li kien uffiċjalment miftuħ f’Marzu.

Dettalji dwar din il-kompetizzjoni ingħataw minn Carl Naja, li huwa l-kordinatur tal-avveniment li ser jattendu għalih sitt sewwieqa tal-BMX barranin li għalihom dan l-isport huwa professjoni.  Dawn ser jikkompetu kontra xulxin f’kategorija waħda, però fil-kategoriji l-oħra ser jieħdu sehem madwar 150 sewwieq tal-BMX u skateboard Malti.  Dan għaliex din mhux biss kompetizzjoni tal-BMX imma ser tinkorpora fiha wkoll kompetizzjonijiet tal-iskateboarding tul l-erbat ijiem tal-BMX fest.

Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet il-President tal-Assoċjazzjoni tal-BMX John Zammit li qal li dan huwa unur għall-assoċjazzjoni, fejn fi ftit aktar minn sena minn mindu ngħataw faċilitajiet ġodda, qed jorganizzaw avveniment internazzjonali.  Huwa spjega kif qed isir xogħol, li jinsab fi stadju avvanzat, fuq in-naħa ta’ wara tal-faċilità li ser tinkorpora fiha korsa li tista tilqa’ sewwieqa ta’ 4/5 snin.  Dan qed isir għaliex anke l-assoċjazzjoni tal-BMX tara l-importanza li tinvesti fil-grassroots.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius kien preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet, fejn faħħar l-impenn tal-assoċjazzjoni li qed tgħaraf tuża l-faċilità bl-aħjar mod possibli.  Huwa saħaq fuq l-importanza li l-assoċjazzjonijiet diversi jattiraw aktar atleti barranin lejn pajjiżna.  Huwa spjega kif dan mhux biss ikun qed jgħin lit-turiżmu sportiv imma qed ikabbar l-esperjenza tal-atleti Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow