DEVELOPMENT CONTROL DESIGN POLICY GUIDANCE AND STANDARDS 2014 (DC14) - ‘POLICY FEJN ĠEW IMĦARSA DIVERSI ASPETTI AMBJENTALI’
Meta kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar id-‘Development Control Design Policy Guidance and Standards 2014’ – (DC14), is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat Michael Falzon semma sitt punti importanti ta’ dan id-dokument, kif ukoll tenna li m’għandniex ninsew x’sar aktar f’dawn l-aħħar sena u nofs.
L-Avukat Falzon qal li qabel ma l-Gvern ressaq dan id-dokument għall-konsultazzjoni pubblika, diġà saru diversi konsultazzjonijiet ma’ nies tekniċi, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet, fejn b’riżultat ta’ dan, id-dokument aħħari ta’ kunsiderazzjoni lil diversi aspetti ambjentali, hu żgura li dawn jiġu mħarsa. Semma wkoll li dan id-dokument ġie issimplifikat u ikkonsolidat biex ikun aktar ċar minn dokumenti preċedenti, u b’hekk għandu jwassal għal aktar ċertezza. Qal ukoll li dan id-dokument huwa innovattiv kif ukoll kuraġġuż, b’enfasi speċjali fuq il-kwalità u l-innovazzjoni.
Dan id-dokument jittratta wkoll fil-konkret, kif bini għandu jkun aktar environmental friendly biex inħarsu l-ambjent. Semma wkoll il-kunċett ta’ kwalità f’diversi aspetti u kif dawn kienu deċiżjonijiet kuraġġużi, illi iżda għandhom iwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Waqt il-konferenza tkellem ukoll iċ-Chairman tal-MEPA l-Perit Vincent Cassar, Dr Antoine Zammit, kif ukoll il-Perit Victor Sladden. Il-policy proposta tista’ tinqara minn fuq il-website tal-Awtorità www.mepa.org.mt. Individwi u organizzazzjonijiet qed jiġu mistiedna biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar din il-policy bil-miktub lil:
MEPA
DC 2014
P.O.Box 200
Marsa MRS 1000;
jew permezz tal-email: dc2014@mepa.org.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046