Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR142769
Date Icon 24/11/2014

Il-Prim Ministru illum ħatar Bord ta' Inkjesta indipendenti magħmul minn tliet eks-ġudikanti biex jinvestigaw allegazzjonijiet f’konnessjoni mal-każ ta' sparatura li fiha kien hemm involut membru tal-Korp tal-Pulizija.

Il-bor‎d, maħtur skont l-Att tal-Inkjesti, se jitmexxa mill-Imħallef Emeritu Alberto Magri. Il-membri se jkunu l-Imħallfin Emeriti J D Camilleri u Philip Sciberras.

L-għan ta' din l-inkjesta huwa li tinvestiga l-aġir jew kondotta tal-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Emmanuel Mallia u/jew uffiċjali oħra f’konnessjoni mal-każ li kien involut fih membru tal-Korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministeru de quo nhar id-19 ta' Novembru, 2014.

B'mod partikolari, iżda mhux biss, il-Bord tal-Inkjesta għandu jiddetermina:

1) Jekk kienx hemm involviment mhux leċitu min-naħa tal-Ministru Emmanuel Mallia u/jew uffiċjali oħra fil-każ imsemmi;

2) Il-veriċità jew le tal-allegazzjoni li l-Ministru intervjena biex jgħatti l-aġir ta' din il-persuna.

3) kwalunkwe kwistjoni oħra anċillari li b'xi mod tolqot l-aġir jew kondotta tal-Ministru Mallia u/jew uffiċjali oħra fil-każ imsemmi

Fil-qadi tad-doveri tiegħu l-Bord għandu jużufruwixxi mill-poteri kollha mogħtija lilu minn artiklu 6 ta' l-Att dwar l-Inkjesti.

Ir-rapport finali għandu jasal għand il-Prim Ministru fi żmien ħmistax-il ġurnata mil-lum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow