Left arrow Mur Lura

​ŻJARA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, DR MICHAEL FALZON, GĦAND IL-KUMPANIJA QP MANAGEMENT

PR142767
Date Icon 24/11/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat Michael Falzon, għamel żjara ta’ kortesija għand il-kumpanija QP Management (parti mill-Corinthia Group), f’Birkirkara.

“Stejjer ta’ suċċess, l-aspett ta’ professjonaliżmu, kif ukoll il-kunċett ta’  one stop shop huma affarijiet li aħna bħala gvern  nippromwovu.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva l-Avukat Michael Falzon, dalgħodu, meta kien mistieden iżur il-kumpanija QP Management li hija sussidjarja tal-Grupp Corinthia.

Huwa qal, li wieħed japprezza l-fatt ta’ kif il-kumpanija QP Management kibret tul is-snin, sew f’Malta u lil hinn minnha.  L-avukat Falzon irrimarka wkoll dwar kif din il-kumpanija firxet il-lista ta’ proġetti ta’ żvilupp illi kienet responsabbli għalihom, kemm tal-Corinthia Group, kif ukoll proġetti oħra għal klijenti oħra.

Semma wkoll kif Malta għandha tmur għal niċeċ,  ta’ ċerta kwalità.  L-avukat Falzon għalaq billi qal li fil-budget hemm diversi opportunitajiet, fosthom fejn jidħlu expressions of interest diversi, li minnhom għandhom  isiru proġetti diversi,  fejn kumpaniji bħal QP, jistgħu jidħlu bħala sħab mal-gvern, u ma’ investituri oħra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow