Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR142754
Date Icon 22/11/2014

Fid-dawl tal-allegazzjonijiet ripetuti min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni fir-rigward tal-każ li kien involut fih membru tal-Korp tal-Pulizija assenjat mal-Mini‎steru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, il-Prim Ministru iddeċieda li jordna Bord ta' Inkjesta li jmur li ’l hemm mill-inkjesta Maġisterjali sabiex ikun magħruf is-sewwa kollu.

L-inkjesta, maħtura skont l-Att tal-Inkjesti, se jkollha l-għan li tiddetermina jekk kienx hemm involviment mhux leċitu min-naħa tal-Ministru Manuel Mallia u / jew uffiċjali oħra fil-każ imsemmi, fosthom l-allegazzjoni li l-Ministru intervjena biex jgħatti l-aġir ta' din il-persuna.

Il-Bord għandu jkun magħmul minn tlett eks membri tal-Ġudikatura.

‎Il-Prim Ministru ddeċieda li jistieden lil Kap tal-Oppożizzjoni biex jinnomina eks ġudikant tal-fiduċja tiegħu biex mhux biss ikun membru iżda wkoll jippresiedi l-istess Bord ta' Inkjesta. Dan sabiex tkun assigurata trasparenza sħiħa.

Il-bord se jingħata żmien definit ta' ħmistax-il ġurnata mid-data tal-ħatra biex jikkonkludi x-xogħlijiet tiegħu.

Il-Prim Ministru ħa din id-deċiżjoni għaliex jemmen li l-fatti kollha għandhom ikunu magħrufa u mistħarrġa bi trasparenza u korrettezza.

Din id-deċiżjoni ttieħdet anki wara talba tal-Ministru Mallia li informah li lest li joqgħod għall-iskrutinju kollu neċessarju biex juri l-korrettezza tal-imġieba tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow