HEMM BŻONN BILANĊ BEJN IL-ĦIDMA EKONOMIKA U L-ĦARSIEN AMBJENTALI – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Waqt ‘Beach Clean Up’ fil-Bajja ta’ Pretty Bay f’Birżebbuġa, bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li filwaqt li wieħed jilqa’ l-attività ekonomika li hemm fil-madwar, kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi produttivi u investiment li din ġabet fil-pajjiż, jeħtieġ li jkun hemm ħarsien kontinwu tas- saħħa ambjentali kemm tar-residenti nfushom, kif ukoll tan-nies tal-madwar u l-istess impjegati tal-kumpaniji nfushom.
Il-Ministru kompla li l-Gvern se jkun qed iressaq liġi dwar it-tniġġis tal-ħsejjes u se jniedi konsultazzjoni pubblika sabiex problemi bħal dawk fl-akwati jiġu indirizzati kif xieraq u fl-aħjar interess ta’ saħħet il-bniedem.
Huwa radd ħajr lill-Europe Direct Central Region li organizzaw din l-attività li ġiet ospitata mill-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, in-Nature Trust, u l-grupp tal-iscouts flimkien ma’ membri oħrajn tas-soċjetà ċivili.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046