Left arrow Mur Lura

IL-GU CLINIC JIFFUNZJONA B’MOD NORMALI

PR142750
Date Icon 22/11/2014

B’referenza għal l-istqarrija maħruġa mil-Oppożizzjoni, id-Dipartiment tas-Saħħa jgħarraf illi  il-Genitourinary Clinic fl-Isptar Mater Dei qed jiffunzjona b’mod regolari u l-pazjenti qed jingħataw appuntamenti skont il-prijorita’ tal-każ tagħhom. Każi urġenti qed jinqdew bla dewmien. Is-servizz kien ġie nterrot għal perjodu qasir hekk kif il-konsulent inkarigat spiċċa bl-eta’. Mill-bidu ta’ dan ix-xahar ġie ngaġġat konsultent ġdid.

Filwaqt li l-GU Clinic bħalissa għaddej b’ritmu normali, id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa sabiex jiġi identifikat ukoll konsulent addizzjonali f’din l-ispeċjalizzazzjoni. Pazjenti li għandhom bżonn is-servizzi tal-GU clinic jistgħu jcemplu direttament lil GU clinic jew jibgħatu riferta tat-tabib tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow