STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
PR142742
21/11/2014
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ma pprova jaħbi l-ebda fatt mill-inċident li seħħ li involva l-membru tas-sigurtà li kien assenjat miegħu. Kif ġie spjegat diġà, ma kien hemm ebda ħabi ta’ informazzjoni ħlief fatt li ġie kkoreġut fl-unika stqarrija li għamel il-Ministru fl-ewwel okkażjoni li kellu f’konferenza stampa li sejjaħ l-għada filgħodu.
Aktar importanti minn hekk, mill-ewwel ġiet ordnata inkjesta maġisterjali sabiex jiġu stabiliti l-fatti kollha.
Dan il-Gvern jemmen fl-istituzzjonijiet u jħalli f’idejn l-inkjesta maġisterjali sabiex toħroġ il-verità kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046