Stqarrija għall-Istampa mill-Kumitat tal-Karnival
Il-Kumitat tal-Karnival li jopera fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti għaddej bi tħejjijiet għall-Karnival ta’ Malta 2015 li se jiġi ċċelebrat bejn il-Ħamis 12 u t-Tlieta 17 ta’ Frar, 2015.
Fil-jiem li għaddew il-Kunsill Malti għall-Arti pproċessa u ħareġ flus bil-quddiem lill-parteċipanti tal-Karnival skont il-kategoriji rispettivi li applikaw għalihom. Għall-ewwel darba din is-sena, il-Kumitat tal-Karnival ħa ħsieb biex ma’ dawn il-flus, il-partecipanti jingħataw is-sussidji konessi mal-kiri tal-inġenji li s-soltu kienu jingħataw wara l-Karnival. Din l-inzjattiva saret biex il-parteċipanti jkunu f’pożizzjoni aħjar sabiex, meta meħtieġ, waqt il-preparamenti għall-Karnival dawn ikollhom aktar flus biex iħallsu l-ispejjez li jidħlu għalihom.
Il-Kumitat tal-Karnival jinsab sodisfatt li fil-Bagit Nazzjonali li tħabbar aktar kmieni din il-gimgħa hemm allokati € 80,0000 biex jinbeda l-proġett kbir u tant mistenni tal-Villaġġ tal-Karnival. Il-Kumitat se jaħdem mal-Awtoritajiet konċernati biex dan il-progett fejjiedi jsir realtà kemm jistà jkun malajr.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046