STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru huwa rrabjat u ddiżgustat bl-inċident li fih kien involut il-membru tal-korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-Ministru nniffsu esprima l-istess sentiment f’laqgħa li kellu mal-Prim Ministru wara nofsinhar.
Is-sitwazzjoni kif eskalat ilbieraħ mhijiex aċċettabbli. Ma hemmx post għal persuni li jużaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod li jista’ jagħti x’jifhem li huwa abbużiv u eċċessiv.
Il-Prim Ministru tkellem mal-Ministru Manuel Mallia u qablu li kellha tittieħed azzjoni soda fil-konfront ta’ din il-persuna. Dawn jinkludu li l-persuna involuta titneħħa mill-ministeru u fl-istess ħin ġiet sospiża immedjatament mill-Pulizija. F’dan il-każ, il-persuna involuta jidher li kisret il-fiduċja li ngħatat mill-Ministru.
Il-każ jinsab taħt l-iskrutinju ta’ inkjesta maġisterjali u l-Prim Ministru se jistenna l-eżitu tagħha, li jittama li tkun malajr kemm jista' jkun.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046