NINĊENTIVAW IX-XOGĦOL U NIPPREMJAW IL-BŻULIJA
Baġit mimli miżuri li huma ta’ sapport għal dawk li jridu jaħdmu
F’konferenza stampa ġewwa ż-Żona Industrijali f’Bulebel, il-Ministru Evarist Bartolo qal li dan kien baġit li jgħin lil dawk bi dħul baxx jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Id-differenza finanzjarja bejn li taħdem u li ma taħdimx issa twessgħet u allura dawk li juru ħeġġa biex isibu xogħol se jkun qed ikollhom dħul finanzjarju mill-paga u minn miżuri oħra, bħal in-work benefit.
Il-Ministru qal li l-ekonomija qiegħda turi prospetti tajbin ħafna u l-livell ta’ qgħad f’pajjiżna huwa fost l-iktar baxx fl-Unjoni Ewropea. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ f’pajjiżi oħra Ewropej hija problema serja iżda Malta qed tirbaħ din l-isfida u għandha rata fost l-inqas fl-Ewropa ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Dawn huma frott ta’ miżuri li daħħal il-Gvern fil-baġit li għadda u li kompla jżied magħhom f’dan il-baġit.
Il-Ministru Bartolo semma’ kif l-inċentivi favur il-persuni b’diżabilità huma b’saħħithom ħafna u se jkun qed jgħin lil numru kbir isibu xogħol u jkunu produttivi.
Iċ-Chairman tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, Clyde Caruana, qal li l-in-work benefit se tkun qed tgħin lil dawk il-familji bi dħul baxx jidħlu fid-dinja tax-xogħol billi tagħti sa massimu ta’ €1,000 ewro għal kull wild.
Dan l-ammont jiżdied għal massimu ta’ €1,200 f’każijiet ta’ ġenitur wieħed.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046