IKOMPLI L-IMMODERNIZZAR TAL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA
Permezz ta’ Avviż Legali ppubblikat fil-11 ta’ Novembru 2014, ġie mwaqqaf għall-ewwel darba Dipartiment tal-Ġustizzja.
Id-Dipartiment il-ġdid se jkun immexxi mid-Direttur Ġenerali responsabbli għall-Ġustizzja, is-Sur Natalino Attard.
Dan id-Dipartiment ser ikun jopera fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja.
Fid-dinja moderna kull pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea għandu "Justice Department" li jaqdi funzjonijiet kruċjali.
L-amministrazzjoni retta tal-ġustizzja fil-fatt ma tiqafx biss mal-kawżi fil-Qrati u hemm funzjonijiet oħra daqstant importanti.
Sal-lum uħud minn dawn il-funzjonijiet, bħall-provvediment tal-għajnuna legali, isiru mill-Qrati tal-Ġustizzja jew mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, anke jekk dawn is-servizzi ma għandhom ebda dimensjoni ġudizzjarja.
Bit-twaqqif tad-dipartiment se tonqos il-pressjoni fuq il-Qrati, li jkunu jistgħu jikkonċentraw iktar fuq dak li huma mwaqqfa għalih - l-immaniġġjar tal-kawżi.
Funzjonijiet oħrajn bħall-qasam tal-asset management ta' oġġetti li ġejjin minn flus tal-kriminalità u appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità, għadhom prattikament ineżistenti f'pajjiżna.
Għalhekk dan id-dipartiment il-ġdid ser jikkoordina u jappoġġja l-amministrazzjoni ġenerali tal-ġustizzja, jassigura t-twaqqif ta' entitajiet speċjalizzati bħalma hemm f'pajjiżi Ewropej u jieħu ħsieb id-dimensjonijiet Ewropej u internazzjonali tas-settur.
B'hekk dan is-settur tant kruċjali f'demokrazija li taħdem se jkompli jiġi modernizzat kif jixraq f'pajjiż Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046