STQARRIJA MILL-GVERN-L-eks Ministru tal-Finanzi jkompli jħawwad
Bl-istqarrija li ħareġ l-eks Ministru Tonio Fenech, biex jipprova jwieġeb għal mod kif ħeba li taħt ir-responsabbilità tiegħu d-dejn nazzjonali qabeż il-livell ta’ 70% tal-GDP, kompla biss juri kemm m’huwiex intiż fl-ekonomija.
Tonio Fenech ipprova jimplika li l-Gvern qed jikkwota statistika maħduma fuq il-kriterji ta' metodoloġija preċendenti tal-Eurostat u mhux mill-ESA2010, il-metodoloġija l-ġdida. Dan huwa għal kollox żbaljat.
L-istqarrija maħruġa mill-Gvern, li tikxef kif Tonio Fenech kien skorrett meta ta l-impressjoni li l-pajjiż se jkollu dejn nazzjonali ta’ 70% tal-GDP għall-ewwel darba fl-istorja, kienet qed tuża informazzjoni tal-Eurostat skond l-ESA 2010. Dawn iċ-ċifri jindikaw bl-aktar mod ċar li, fi 18-il xahar minn 60 li kien Segretarju Parlamentari tal-Finanzi Tonio Fenech, id-dejn nazzjonali kien aktar minn 70% tal-Prodott Gross Domestiku.
Anke fl-aħħar sena tiegħu bħala Ministru, Tonio Fenech ippresedja fuq dejn nazzjonali ta' aktar minn 70%.
Jekk l-eks Ministru jrid jiffoka biss fuq snin kalendarji, u mhux fuq ċifri xahar b'xahar, skond il-figuri tal-Eurostat id-dejn nazzjonali ta' pajjiżna kien 72% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2004 u 70.1% fl-2005. Iġifieri d-dikjarazzjoni li d-dejn nazzjonali ta' Malta qatt ma kien ogħla minn 70% huwa falz, tħares minn fejn tħares.
Din l-aħħar taħwida tal-eks-Ministru Tonio Fenech tkompli tikkonferma li l-Oppożizzjoni qed tinqabad darba wara l-oħra fi żbalji bażiċi fl-intepretazzjoni tal-istatistika.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046