Left arrow Go Back

SENSIELA OĦRA TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA MAL-MEMBRI TAL-KABINETT

pr142711
Date Icon 18/11/2014

Minn għada l-Erbgħa, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha se jerġgħu jersqu quddiem il-familji u n-nies tan-negozju biex mingħandhom jisimgħu l-ideat u l-proposti favur Malta li tippremja l-bżulija.

Din it-tielet sensiela ta’ Gvern li Jisma’ se ssir jumejn biss wara l-preżentazzjoni tal-Baġit għas-sena 2015 u għalhekk il-pubbliku se jkun f’pożizzjoni li jsemma leħnu dwar il-miżuri mħabbra u l-effett tagħhom. 

Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni qed jitwettaq kull sitt xhur skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali. Il-laqgħat pubbliċi se juru li dan il-Gvern jibqa’ viċin in-nies u qatt ma jingħalaq fih innifsu. Din l-inizjattiva hija waħda minn numru ta’ miżuri mmirati biex il-Gvern ikun qrib il-familji u n-negozji wara li, f’temp ta’ sena u nofs, saru tliet laqgħat tal-Kabinett f’lokalitajiet differenti fin-naħa ta’ isfel u n-naħa ta’ fuq ta’ Malta kif ukoll f’Għawdex.

Il-laqgħat se jsiru fi Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta, apparti tal-Ministeru għal Għawdex li se ssir f’Misraħ il-Vitorja, Ix-Xagħra, u huma stmati li jdumu sagħtejn b’rawnds ta’ interventi mill-pubbliku. Kull min jixtieq jattendi għal dawn il-laqgħat għandu jirriżerva postu fuq freephone 80072207.

Element innovattiv għal din is-sensiela hija faċilità teknoloġika li permezz tagħha n-nies jistgħu jirrekordjaw filmati huma stess bis-suġġerimenti tagħhom, bid-domandi jintwerew u jiġu mwieġba mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt l-aħħar laqgħa li d-dettalji dwarha jitħabbru aktar ’il quddiem.  

Hawn taħt huwa l-programm ta’ laqgħat mis-sensiela ‘Nippremjaw il-Bżulija – Gvern li Jisma’’.

DATA

MINISTRU / SEGRETARJU PARLAMENTARI

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2014

CHRIS CARDONA / JOSÉ HERRERA

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru 2014

EVARIST BARTOLO / CHRIS AGIUS

Il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru 2014

JOE MIZZI

Is-Sibt 22 ta’ Novembru 2014

KONRAD MIZZI / CHRIS FEARNE

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2014

MICHAEL FARRUGIA / JUSTYNE CARUANA

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru 2014

EDWARD ZAMMIT LEWIS

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru 2014

OWEN BONNICI / STEFAN BUONTEMPO

Is-Sibt, 29 ta’ Novembru 2014

EDWARD SCICLUNA

It-Tnejn, 1 ta’ Diċembru 2014

MICHAEL FALZON

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru 2014

GEORGE VELLA

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru 2014

MANUEL MALLIA

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2014

LEO BRINCAT / RODERICK GALDES

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru 2014

ANTON REFALO

Is-Sibt, 6 ta’ Diċembru 2014

HELENA DALLI

It-Tlieta, 9 ta’ Diċembru 2014

LOUIS GRECH / IAN BORG



Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow