Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr142710MT
Date Icon 18/11/2014

B’referenza għal Stqarrija Numru 142414 maħruġa fil-20 ta’ Ottubru, 2014 (URL: http://www.gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2014/October/20/pr142414.aspx),

id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara li saru analiżi ulterjuri, lott ieħor tal-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-preżenza elevata ta’ ħistamina li nstabet ġol-prodott.

Deskrizzjoni tal-Prodott: Fletti tal-inċova fiż-żejt taż-żebbuġa
Ditta: deepblue
Oriġini: Spanja
Użin: 48g
Deskrizzjoni tal-maħfen:  Landa tawwalija ġo kaxxa tal-kartun
Data ‘L-Aħjar Qabel’:  Awwissu 2015
Numru tal-Lott: B 12

PR142710.jpg142710B.jpg

142710C.jpg

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni illi fil-verżjoni bl-Ingliż tal-Istqarrija oriġinali kien hemm żball fid-data li kella taqra April 2015 flok 2014. Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li probabilment laħqet nbigħet lill-konsumatur, bħal ma’ jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow