Left arrow Mur Lura

IL-VJOLENZA DOMESTIKA TOLQOT LILL-PERSUNI TA’ KULL SESS, ORJENTAZZJONI SESSWALI U ETÀ

pr142707mt
Date Icon 17/11/2014
Kampanja t’għarfien f’diversi bus shelters
Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika flimkien mal-għaqda ‘L-Irġiel Kontra l-Vjolenza’ u ‘Rainbow Support Service’ qed iniedu kampanja ta’ għarfien permezz ta’ posters fil-‘bus shelters’ bit-tema ‘Il-vjolenza domestika tolqot lill-persuni ta’ kull sess, orjentazzjoni sesswali, u età’. 
Din il-kampanja li bdiet illum tibqa’ sejra sas-26 ta’ Novembru f’Malta, u mit-23 ta’ Novembru sat-2 ta’ Diċembru f’Għawdex u qed issir bħala parti mill-attivitajiet biex jitfakkar il-Jum Dinji għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Domestika kontra n-Nisa, nhar il-25 ta’ Novembru.
Għalkemm fil-maġġoranza tal-każi, in-nisa huma dawk l-aktar li jesperjenzaw vjolenza domestika, fir-realtà, kwalunkwe persuna tista’ tkun vittma ta’ dan l-att. Dil-kampanja hija mmirata biex toħloq kuxjenza li l-vjolenza domestika tolqot lil persuni ta’ kull sess, orjentazzjoni sesswali u età.  B’hekk,il-pubbliku qed jigi mħeġġeġ biex jieħu azzjoni u jgħid ‘le għall-vjolenza domestika’, speċjalment dawk li bħalissa qed jesperjenzaw xi forma ta’ vjolenza domestika.
Il-ħames posters użati f’bus shelters differenti ser ikunu qed juru r-realtajiet differenti li jgħaddu minnhom vittmi ta’ vjolenza domestika f’diversi tipi ta’ relazzjonijiet. Il-forom ta’ vjolenza domestika jinkludu abbuż emozzjonali u psikoloġiku, dak fiżiku, abbuż sesswali, abbuż finanzjarju, abbuż li jirriżulta meta persuna tinżamm kontra l-volontà tagħha, kif ukoll kull att ta’ fastidju u ‘stalking’. 
Dawn jistgħu jkunu qed iseħħu f’relazzjonijiet intimi bejn persuni ta’ kull orjentazzjoni sesswali u ta’ kull età, fil-familja bejn ġenituri u tfal adulti, kif ukoll bejn aħwa adulti.  Barra minn hekk, fost il-vittmi ta’ vjolenza domestika jeżistu każi ta’ abbuż fuq persuni anzjani, u għaldaqstant, il-kampanja qed temfasizza li l-vjolenza domestika m’għandhiex età.
Din l-inizjattiva mehuda b’mod konġunt minn tliet entitajiet differenti qed twassal messaġġ li bħala soċjetà nistgħu ngħaqqdu l-isforzi tagħna flimkien biex nikkumbattu l-vjolenza domestika. 
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow