STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-Junior Eurovision Song Contest kien ta’ livell professjonali u internazzjonali
B’dan l-ispettaklu , Malta telgħet tarġa oħra fil-livell professjonali u tekniku f’xandiriet ta’ livell internazzjonali.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia jirringrazzja t-tmexxija u l-ħaddiema tal-PBS li f’dawn l-aħħar xhur ħadmu bla waqfien biex itellgħu spettaklu ta’ livell professjonali li jagħmlilna riklam tajjeb għall-pajjiżna mad-diversi pajjiżi li kienu qed jipparteċipaw jew inkella jaraw dan l-ispettaklu. Waqt is-serata finali tal-Junior Eurovision Song Contest intwerew filmati spettakolari ta’ Malta sabiex nippromwovu pajjiżna bħala destinazzjoni eċċezzjonali għat-turiżmu.
Din is-sena kellna rekord ta’parteċipazzjonjiet , hekk kif wara ħidma tad-delegazzjoni ta’ pajjiżna, sittax –il pajjiż ipparteċipa fil-Junior Eurovision Song Contest li sar għall-ewwel darba f’pajjiżna. Is-serata finali ntweriet fis-sittax –il pajjiż, kif ukoll fl-Awstralja.
Il-Ministru Mallia faħħar ukoll lill-artisti kollha li pparteċipaw fil-Junior Eurovision Song Contest b’mod speċjali lill-Federica Falzon li ġabet riżultati tajbin ħafna u qanqlet diversi emozzjonijiet waqt l-esebizzjoni tagħha.
Ringrazzjament u apprezzjament speċjali wkoll lill-kantanta Gaia Cauchi li rebħet il-Junior Eurovision Song Contest tas-sena li għaddiet , u kien permezz ta’ din ir-rebħa li pajjiżna seta’ jospita il-Junior Eurovision Song Contest fix-Shipbuilding.
Id-direttur tal-EBU Vladislav Yakovlev irringrazzja lil Minsitru Manuel Mallia tal-appoġġ kontinwu biex dan l-ispettaklu seta’ kien suċċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046