Left arrow Mur Lura

MARATONA TA’ BASKETBALL B’RISQ L-ISTRINA 2014

pr142701
Date Icon 15/11/2014

Dalgħodu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca varat inizjattiva oħra taħt il-kappa ta’ Solidarjetà bl-Isport b’risq l-Istrina 2014. Fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta Qali, il-President ta’ Malta flimkien mad-diriġenti tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Basketball ħabbret li fl-14 ta’ Diċembru mid-disgħa ta’ filgħodu sad-disgħa ta’ filgħaxija se tittella’ Maratona ta’ Basketball kontinwu li fiha se jinġabru flus għall-Istrina.

Għal din il-maratona qegħdin jiġu mistednin kemm dawk li huwa diġà mħarrġa f’dan l-isport kif ukoll dawk li jixtiequ jipprovawh għall-ewwel darba. Filwaqt li ltaqgħet ma’ għadd ta’ tfal li kienu għaddejjin bit-taħriġ tagħhom il-President kellha wkoll kliem ta’ ringrazzjament għall-ġenituri għad-dedikazzjoni tagħhom biex it-tfal jedhew fl-isport.

Waqt diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta faħħret l-inizjattiva li ħadet l-MBA biex tkun tista’ tittella’ din il-maratona u qalet li huwa ta’ eżempju tajjeb ħafna li it-tfal, minn età daqshekk żgħira jiġu mgħallma s-sens ta’ solidarjetà u s-sens li nkunu hemm biex ngħinu lil dawk ħutna Maltin u Għawdxin li sfortunatament ikunu għaddejjin minn perjodu mhux daqshekk tajjeb minħabba tipi varji ta’ mard.

Hawnhekk il-President, reġgħet tenniet il-bżonn li kull min  jista’, jagħti il-kontribut tiegħu b’risq l-Istrina ta din is-sena.

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll is-Sur David Agius f’isem l-Oppożizzjoni, kif ukoll is-Sur Oliver Scicluna f’isem l-Għaqda ta’ Persuni b’Diżabbiltà, li huma wkoll se jagħtu l-kontribut tagħhom f’din l-istess maratona permezz ta’ logħob ta’ Wheelchair Basketball.

Din il-Maratona se tittella’ fl-erbatax ta’ Diċembru, fil-Padiljun f’Ta Qali mid-disgħa ta’ filgħodu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow