L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JESPRIMI S-SOBGĦA TIEGĦU GĦALL-MEWT TAS-SUR LINO SPITERI
pr142698
15/11/2014
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia qiegħed jesprimi s-sobgħa tiegħu għall-mewt tas-Sur Lino Spiteri li kien elett u serva f’diversi karigi fl-ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż bejn l-1962-66 u bejn l-1981-98. Fost dawn il-karigi wieħed jista’ jsemmi dik tal-ewwel Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, Membru tal-Malta-EU Joint Parliamentary Committee kif ukoll ta’ Ministru għall-Finanzi.
L-Ispeaker Farrugia qiegħed jieħu din l-okkażjoni biex f’dan il-mument ta’ niket iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-membri tal-familja tas-Sur Spiteri.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046