Left arrow Mur Lura

INSOSTNU INDUSTRIJA RESPONSABBLI

PR142692
Date Icon 14/11/2014

Illum is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera kien ippreżentat mill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli (Responsible Gaming Foundation) pjan ta’ azzjoni bbażat fuq 4 snin. Il-preżentazzjoni saret mic-Chairman Silvio Schembri u għaliha kien hemm ukoll il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għas-settur Kristy Debono u c-Chairman Eżekuttiv tal-LGA Joseph Cuschieri.

Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li din il-Fondazzjoni għandha rwol ċentrali fl-industrija tal-logħob f’pajjiżna. Dan għaliex l-industrija tal-logħob f’pajjiżna, tenna Herrera, trid tkun mibnija fuq il-klijent. Fakkar kif il-bżonn ta’ din il-Fondazzjoni kien ilu jinħass u saret wara qbil mal-Oppożizzjoni. Is-Segretarju Parlamentari fakkar li din l-industrija qed tikber b’ritmu mgħaġġel u hija t-tieni l-akbar industrija f’Malta. Qal li l-Gvern qed jieħu din l-industrija bis-serjetà u xhieda ta’ dan huwa l-fatt li fil-ħidma tagħha l-Awtorità responsabbli qed tindirizza l-effiċjenza u n-nuqqas ta’ burokrazija.

Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera rringrazzja lill-partijiet konċernati kollha għax xogħol kollu li qed isir u faħħar dan l-iżvilupp bħala li qed inkunu “fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li jkollna strutturi biex nipproteġu lill-klijenti”. “Kburi bl-iżvilupp ta’ din l-industrija u kburi aktar li qed naħsbu f’dawk li jaqgħu vittmi tal-logħob irresponsabbli. Dan kollu jorbot mal-viżjoni tagħna li nsostnu industrija responsabbli”, temm jgħid Josè Herrera.

Ic-Chairman tar-Responsible Gaming Foundation Silvio Schembri rringrazzja lill-Gvern u lill- Oppożizzjoni tal-kontribut tagħhom sabiex seta’ jitfassal dan il-pjan.  Huwa qal li meta persuna jkollha problema tal-logħob taffettwha b’mod negattiv il-ħajja tagħha kemm mil-lat ta’ saħħa, finanzi, xogħol kif ukoll ir-relazzjonijiet.  Huwa qal li l-adoloxxenti huma ħames darbiet iktar esposti li jaqgħu fil-vizzju tal-logħob mill-adulti. Qal li minn statistika ħareg li 30% ta’ dawk li jilgħabu xi tip ta’ logħob diġitali jagħmlu dan iktar minn darba kuljum u għalhekk jiżdied ir-riskju li din eventwalment tittrasforma ruħha f’vizzju fil-logħob diġitali tal-ażżard. 

“Fuq dan il-ħsieb il-fondazzjoni se tkun qiegħda timplimenta diversi miżuri fosthom tħejji riċerka sabiex tara kemm hi reali l-problema hawn Malta kif ukoll kampanja edukattiva fost it-tfal, fost dawk li għandhom il-vizzju tal-logħob kif ukoll għall-familjari tagħhom”, tenna Schembri.  Huwa qal li fost miżuri oħra li qed tieħu din il-fondazzjoni hemm it-twaqqif ta’ support line kif ukoll post ta’ rijabilitazzjoni.

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob Joseph Cuschieri fakkar fl-inizjattivi li qed jittieħdu biex nieħdu ħsieb lil din l-industrija b’mod ħolistiku.  Il-pjan tagħna huwa li nsaħħu t-tkabbir ekonomiku ta’ din l-industrija billi nattiraw aktar operaturi lejn xtutna u billi nieħdu ħsieb setturi oħra bħall-protezzjoni tal-konsumatur  u l-edukazzjoni.

Joseph Cuschieri fakkar li din l-industrija qed tiġġenera qliegħ għall-industriji anċillari bħall- proprjetà, servizzi tal-awditjar u servizzi tal-ICT fost l-oħrajn.

Kristy Debono qalet li l-Oppożizzjoni tat il-kontribut tagħha għal dan id-dokument u tilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-proposti tagħha ġew milqugħa u inklużi f dan id-dokument.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow