IS-SUĊĊESS TAL-GVERN FIL-ĠLIEDA KONTRA L-GĦOLI TAL-ĦAJJA
Matul ix-xahar ta’ Ottubru, f’Malta, ir-rata tal-inflazzjoni, jew it-tnaqqis fis-saħħa tad-dħul tal-familji, kienet ta' 0.8%. Dan huwa inqas minn terz tal-inflazzjoni ta' 3.2% li pajjiżna kien qed isofri minnha fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti.
Il-kejl uffiċjali maħruġ illum mill-Eurostat jikkonferma li r-rata ta' inflazzjoni f'pajjiżna għall-ewwel darba f'diversi snin qed tkun simili għal dik fil-bqija tal-Ewropa.
L-aktar fattur importanti għat-tnaqqis tal-inflazzjoni f'Malta kien it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-fuel. Flimkien, dawn il-prezzijiet naqsu b'9% li fisser tnaqqis ta' 0.7% fl-inflazzjoni ta' pajjiżna.
B'kuntrast, tul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, r-rata tal-inflazzjoni fil-kontijiet tad-dawl u ilma u l-fuel kienet medja ta' 6%. Il-piż dejjem jikber tal-prezzijiet ta' dawn il-prodotti u servizzi essenzjali mhux biss kien qed iwassal għal tnaqqis serju fid-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin, imma kien ġab ukoll tnaqqir fil-kompettitività ta' pajjiżna.
Il-Gvern preċedenti kien jgħid li ż-żieda hija dovuta għall-prezzijiet internazzjonali tal-fuel u li f'Malta kien qed jiġri eżatt dak li kien qed jiġri fil-bqija tal-Ewropa. L-istatistika tal-Eurostat tgiddeb b'mod komplet din l-iskuża. Fil-fatt ir-rata medja ta' inflazzjoni fil-prezz tad-dawl u l-ilma u fuel fiż-żona ewro matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni precedenti kienet ta' 3.2%. Dan huwa kważi n-nofs tal-inflazzjoni li kellna Malta.
Bil-miżuri li kien qiegħed jieħu, Gvern Nazzjonalista kien il-kawża prinċipali tal-inflazzjoni għolja li pajjiżna kellu tul il-perjodu Marzu 2008 u Frar 2013. L-istħarriġ tal-Eurobarometer li kien sar mill-Kummisjoni Ewropea fi tmiem il-leġislatura preċedenti kien sab li 61% kienu jqisu l-inflazzjoni bħala l-akbar problema li kienu qed jaffaċjaw f'ħajjithom. Madwar l-Ewropa, dakinhar 44% biss kienu inkwetati fuq l-inflazzjoni.
Illum, filwaqt li l-Eurobarometer jindika li 32% tal-Ewropej huma inkwetati fuq l-inflazzjoni, f'Malta l-persentaġġ naqas ghal 26%.
Wara li ta aktar flus fil-but lill-familji Maltin u Għawdxin permezz tat-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u tal-fuel, dan il-Gvern se jkompli l-ġlieda tiegħu kontra l-għoli tal-ħajja bit-tnaqqis fil-kontijiet għall-industrija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046