Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. IAN BORG FI ŻJARA UFFIĊJALI FIL-POLONJA BI TĦEJJIJA GĦALL-PRESIDENZA MALTIJA TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA FL-2017

pr142678mt
Date Icon 13/11/2014
Dr. Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017  għamel  żjara f’Warsaw fejn kellu laqgħa ma’ Henryka Moscicka-Dendys, id-Deputat Ministru fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Polonja responsabbli għall-Politika Ewropea, id-Drittijiet Umani u l-Affarijiet Parlamentari, u ma’ Uffiċjali għolja fil-Ministeru tagħha. 
It-taħdidiet li Dr. Borg kellu matul din iż-żjara iffokaw fuq it-tħejjija li Malta qegħda tagħmel għall-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Dr. Borg spjega l-ħidma li diġa’ qed issir biex Malta tkun lesta taqdi tajjeb ir-responsabbiltajiet tagħha matul din il-Presidenza. Dawn ir-responsabbiltijiet jinkludu li r-rwol li Malta ser ikollha fit-tmexxija l-quddiem tal-proċess legislattiv tal-Unjoni,  kif ukoll il-laqgħat u l-attivajiet li huwa ppjanat li jsiru f’Malta matul is-sitt xhur tal-Presidenza. 
Il-Polonja kellha l-Presidenza tagħha fl-2011, u fit-taħdidiet tal-lum, l-Ufficjali Pollakki li l-aktar kienu nvoluti fil-Presidenza spjegaw l-esperjenza tal-ħidma tagħhom matul dak iz-zmien u ddiskutew  ma’ Dr. Borg kif din  l-esperjenza tista’  tgħin lil Malta ssaħħah dejjem  aktar  il-preparattivi  tagħha għall-2017. 
F’dawn it-taħdidiet  Dr. Borg iddiskuta wkoll ma’ Henryka Moscicka-Dendys l-aħħar żviluppi fl-Unjoni Ewropea, speċjalment il-ħidma ġdida  tal-Kummissarju Juncker, u l-mod kif dawn l-iżviluppi jista’  jkollhom effett fil-futur ġejjieni fuq ir-rwol tal-Presidenza tal-Kunsill.
Iddiskutew ukoll x’jistgħu jkunu l-prijoritajiet  tal-Unjoni fis-snin li ġejjin, fejn Dr. Borg semma l-interess ta’ Malta fuq it-temi tar-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq, il- fuq dik ta’ l-immigrazzjoni,  u l–istrateġija marittima.
Fi tmiem il-laqgħa d-Deputat Ministru Henryka Moscicka-Dendys uriet is-sodisfazzjon tagħha għad-diskussjonijiet utli li kienu għadhom kif temmew, u għall-fatt li din kienet l-ewwel żjara ta’ xoghol fuq livel ministerjali li saret f’dan l-aħħar żmien bejn Malta u l-Polonja, u awgurat li laqgħat ohra bħal din isiru b’mod aktar frekwenti miż-żewg naħat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow