Left arrow Mur Lura

L-ARKIVJI NAZZJONALI TA’ MALTA JNIEDU L-KTIEB THE SALTER ALBUM, ENCOUNTERS IN MALTA’S PRISONER OF WAR CAMPS (1914-1920)

pr142677mt
Date Icon 13/11/2014

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta niedew il-ktieb The Salter Album, Encounters in Malta’s Prisoner of War Camps (1914-1920).  Dan il-ktieb qed jiġi pubblikat mill-Arkivji Nazzjonali, bl-għajnuna tal-Ambaxxata Ġermaniża, fl-okkażjoni tal-100 sena mill-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija.

Il-ktieb ġie żviluppat madwar is-Salter Album, autograph album tal-priġunieri tal-gwerra arrestati f’Malta matul il-Gwerra l-Kbira miżmum minn George Salter, suldat ingliż li kien jaħdem f’dawn il-kampijiet.  Salter iżżewweġ lil Mary Tabone, tfajla Maltija li kienet taħdem fil-kampjiet;  huma kellhom tifla, Marylyn Peringer.  Il-ktieb, li jinkludi kemm l-album, kif ukoll artikli minn Marylyn Peringer nnifisha, Giovanni Bonello, Alan Green u Stephen Spiteri.

It-tnedija saret ġewwa l-iSkola Skondarja tas-Subien (Verdala), Kulleġġ Santa Margerita, Bormla li partijiet minnha kienu servew bħala kamp tal-priġunieri tal-gwerra li jidhru fil-ktieb.  Il-professuri Wolfgang Kruse u Henry Frendo tkellmu dwar l-impatt tal-Gwerra l-Kbira fuq il-Mediterran, waqt li Marylyn Peringer tkellmet dwar l-istorja tal-ġenituri tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow