L-ARKIVJI NAZZJONALI TA’ MALTA JNIEDU L-KTIEB THE SALTER ALBUM, ENCOUNTERS IN MALTA’S PRISONER OF WAR CAMPS (1914-1920)
L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta niedew il-ktieb The Salter Album, Encounters in Malta’s Prisoner of War Camps (1914-1920). Dan il-ktieb qed jiġi pubblikat mill-Arkivji Nazzjonali, bl-għajnuna tal-Ambaxxata Ġermaniża, fl-okkażjoni tal-100 sena mill-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija.
Il-ktieb ġie żviluppat madwar is-Salter Album, autograph album tal-priġunieri tal-gwerra arrestati f’Malta matul il-Gwerra l-Kbira miżmum minn George Salter, suldat ingliż li kien jaħdem f’dawn il-kampijiet. Salter iżżewweġ lil Mary Tabone, tfajla Maltija li kienet taħdem fil-kampjiet; huma kellhom tifla, Marylyn Peringer. Il-ktieb, li jinkludi kemm l-album, kif ukoll artikli minn Marylyn Peringer nnifisha, Giovanni Bonello, Alan Green u Stephen Spiteri.
It-tnedija saret ġewwa l-iSkola Skondarja tas-Subien (Verdala), Kulleġġ Santa Margerita, Bormla li partijiet minnha kienu servew bħala kamp tal-priġunieri tal-gwerra li jidhru fil-ktieb. Il-professuri Wolfgang Kruse u Henry Frendo tkellmu dwar l-impatt tal-Gwerra l-Kbira fuq il-Mediterran, waqt li Marylyn Peringer tkellmet dwar l-istorja tal-ġenituri tagħha.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046