STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA, LEO BRINCAT
Bħala Ministru responsabbli għat-Tibdil tal-Klima nemmen b’konvinzjoni li l-ftehim milħuq bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar it-tibdil tal-klima joffri raġġ qawwi ta’ dawl, tama u fiduċja għall-ġejjieni.
Dan aktar u aktar meta ntlaħaq ftit ġimgħat biss wara l-ftehim storiku milħuq fil-Kunsill Ewropew dwar il-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija għas-sena 2030, kif ukoll meta l-komunità internazzjonali tinsab ftit jiem biss bogħod mis-Summit kruċjali dwar il-Klima li ser jinżamm f’Lima, il-Peru fil-bidu tax-xahar id-dieħel.
Kif Malta stqarret fil-laqgħa Ministerjali tal-Ambjent li nżammet fil-Lussemburgu ftit tal-jiem ilu, ftehim Ewropew jista’ jagħti rankatura lill-proċess multilaterali tat-tibdil tal-klima, iżda waħdu ma jistax iwassal għar-riżultati mixtieqa u meħtieġa fuq skala globali.
Fid-dawl ta’ dan il-ftehim li ntlaħaq ftit ilu ġewwa l-belt kapitali Ċiniża, Beijing, il-prospetti li jintlaħaq ftehim globali li jorbot il-partijiet u l-pajjiżi kollha lejn tmiem is-sena d-dieħla f’Pariġi issa jidhru ferm aktar pożittivi u fattibbli minn qatt qabel.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046